Wikijunior

Wikijunior

Il-Wikijunior huwa sotto-proġett tal-Wikibooks li jispeċċalizza għal kotba tat-tfal. Dan jikkonsisti minn kemm sit elettroniku u anki magażin. Is-sit qiegħed preżentament jiġi żviluppat bl-Ingliż, bid-Daniż, bil-Fillandiż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bit-Taljan, bil-Ġappuniż u bl-Ispanjol, imma mistennija li tkun b'madwar tnax-il lingwa. Wikijunior hija ffinanzjata minn Beck Foundation.

Il-proġett qed jiżviluppa tliet serje ta' kotba stampati:

  • The Natural World (Id-Dinja Naturali)
Serje bijoloġika u ġeografika. Din is-serje tinkludi t-titli: "Big Cats" u "Dinosaurs".
  • Our World of People (Id-Dinja tagħna tal-Poplu)
Serje kulturali, storika u soċjevoli. Din is-serje tinkludi t-titli: "South America", "Languages", "Kings and Queens of England", u "Ancient Civilizations".
  • A World of Discovery and Innovation (Dinja ta' Skoperta u Innovazzjoni)
Serje matematika, xjentifika u teknoloġika. Din is-serje tinkludi t-titli: "Solar System", "How Things Work" u "The Elements".

© MMXXIII Rich X Search. We shall prevail. All rights reserved. Rich X Search